The Story in Maltese

Click here to download a PDF version of the following story.

Ganni, missier ta’ familja, flimkien ma’ bintu Katrina, iddecidew li jifthu negozju ghal rashom, u xtaqu li dan in-negozju jkun strutturat bhala family business. Kienet Katrina, it-tfajla zaghzugha, li xprunat lil missierha sabiex jibdew dan in-negozju, b’sens ta’ imprenditorija kbira. Illum nistghu nghidu li l-element taz-zaghzagh u l-intrapriza, huwa b’sahhtu hafna f’pajjizna, u huwa appuntu ghalhekk li Malta qieghda taghmel passi ’l quddiem fis-settur tan-negozju.

Katrina ntefghet tfittex sabiex saret taf x’inhuma r-regoli u x’tghid ezatt il-ligi tan-negozju tal-familja. Dawn sabithom mill-ewwel, u ghal kuntrarju ta’ dak li jigri normalment meta wiehed jipprova jfittex xi informazzjoni dwar ftuh ta’ negozju, Katrina rnexxielha ssib dak li trid bl-aktar mod semplici u immedjat.

Iva, sfortunatament sal-lum f’pajjizna, biex tiftah negozju ghadna nbatu mhux ftit minn processi fejn il-burokrazija eccessiva kultant taqtaghlek qalbek qabel biss tkun ghadek bdejt.

Ghaddew ftit gimghat, u Ganni u Katrina rnexxielhom jifthu n-negozju li xtaqu, u mill-ewwel granet wera li kien ser ikun negozju success. Kellhom jghaddu diversi xhur sakemm stabbilixxew in-negozju, izda immedjatament wara dan il-perjodu, mill-ewwel hassew il-htiega li jaghmlu pass iehor ’il quddiem u b’hekk ittantaw li jimpjegaw xi nies maghhom. Qabelxejn, intefghu bilqieghda jiddiskutu u jifhmu ezattament ghalxiex dehlin,  xi tfisser li thaddem in-nies, sabiex b’hekk ikunu ppreparati ghal realtajiet godda u differenti.

Kienu l-ewwel xi studenti li bdew jahdmu maghhom bl-iskema tal-apprentistat. Skemi li joffru biss l-MCAST. Is-sitwazzjoni ma kinetx facli ghaliex sfortunatament mhux dejjem issib dak li jkollok bzonn. Wara dawn, Katrina ssuggeriet li kellhom johorgu sejhiet ghal job interviews.

Bdew jigu nies nofshom preparati, u ghalkemm uhud kienu gejjin minn fuq ir-registru tal-ETC[1], Ganni u Katrina xorta ma rnexxielhomx isibu dak li jridu.  Ghalhekk ittiehdet id-decizjoni li jfittxu nies ohra, izda anke f’dan l-istadju bdew jiltaqghu ma’ xi diffikultajiet. Dan ghaliex uhud minnhom, ghalkemm kienu mimlijin esperjenza, ma kellhom xejn x’juri dan, minhabba li ma kellhom ebda akkreditazzjoni tal-edukazzjoni informali

Dan jitfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi f’Malta li sal-lum ghadna ma ntuhiex l-importanza li tehtieg. Hemm bzonn tal-employability index, fejn nassiguraw li jkun hawn bizzejjed nies li lesti jahdmu fis-setturi li qeghdin jinholqu minn zmien ghal zmien.

Ma kinetx facli u ghalhekk wara li ghamlu numru ta’ job interviews, u ma sabux bizzejjed haddiema Maltin, ittantaw xortihom sabiex jippruvaw jingaggaw xi haddiema barranin li gejjin mill-EU kif ukoll dawk li gejjin minn third world countries, izda anke hawn sabu xi ntoppi. Il-process ghadu xi ftit jew wisq ikkumplikat u zgur li ghad hemm lok ghal aktar titjib, sabiex inkomplu niffacilitaw dan it-tip ta’ ingaggar ta’ haddiema.

Waqt il-process ta’ ingaggar ta’ impjegati, ma jistax jonqos li l-kliem waqa’ fuq kemm jezistu persuni li sfortunatament jitilqu mill-edukazzjoni kmieni u b’hekk jispiccaw b’nuqqas ta’ skola. Minbarra li ma jsibuhiex facli sabiex isibu xoghol, f’hafna drabi dawn iz-zghazagh jaqghu f’financial literacy kbira fejn ma jkunux kapaci jkollhom pjan finanzjarju bbilancjat, u b’hekk jispiccaw jidhlu ghal responsabilitajiet li ma jkunux jifilhu ghalihom. Hafna mill-problemi socjali qed jigu minn dan it-tip ta’ realtà. In-nuqqas ta’ edukazzjoni twassal ghall-kollass totali fl-integrità tal-persuna. Tintilef il-fiducja, u jibda jinbet f’dak li jkun l-element ta’ irresponsabilità, u nuqqas ta’ stima lejh innifsu. Ghal dawn in-nies li jsibuha difficli li jimpjegaw lilhom infushom, is-sitwazzjoni generalment tizviluppa f’cirkostanza fejn ikollhom jghixu fil-faqar.

Ganni spiss kien ihares lejn bintu Katrina u jimtela b’sodisfazzjon li gharfet x’riedet fil-hajja, u wara li marret l-Università ta’ Malta, imxiet ’il quddiem, u issa kienet tant strumentali ghalih sabiex tkun l-ispalla ideali fin-negozju li bnew flimkien. B’hekk johrog l-element ta’ importanza li ghandu jinghata lis-suggett tal-edukazzjoni u x-xoghol u kemm hu importanti fid-dinja tal-lum li ma tieqaf qatt milli tibqa’ titghallem.

Illum, hafna aktar minn qatt qabel, jezistu diversi opportunitajiet fejn wiehed ikun jista’ jizviluppa l-hiliet edukattivi u l-kapacitajiet tieghu, bi programmi bhal dawk ta’ ERASMUS+, u tahrig iehor fl-Eskills.   

Korsijiet ohra huma dawk offruti mill-MCAST bhala l-entita’ li toffri t-taghlim tal-Imprenditorjat fil-kulleggi kollha taghha u l-opportunita’ lill-istudenti taghha li jahdmu f’inkubatur kummercjali. Jezistu imbaghad  korsijiet u tahrig iehor offrut minn entitajiet ohrajn li jghinuk tizviluppa t-talenti fl-innovazzjoni. Tista ukoll minn kmieni tinvolvi ruhek flimkien ma’ zghazagh ohrajn fil-progetti mnedija b’tant dedikazzjoni mill-Young Enterprise.

Izda, minkejja dan, xorta baqa’ mal-10% tal-popolazzjoni f’pajjizna li sfortunatament jaqghu fil-kategorija li nirreferu ghaliha bhala  NEETS (Not in Education, Employment or Training). Ghaldaqstant ghad fadlilna hafna x’naghmlu sabiex anke dawn jirnexxilna ndahhluhom fid-dinja tax-xoghol.

In-negozju ta’ Ganni u Katrina kompla jikber, izda waqt li l-attività kummercjali bdiet tikber, bdew jikbru wkoll ir-responsabilitajiet, u c-cirkostanzi li kellhom bzonn ta’ attenzjoni specifika. Instab li sforz il-progress mghaggel u minhabba li xi whud mill-impjegati kienu appuntu membri ohra tal-istess familja, li xtaqu li anke huma jkollhom involviment fin-negozju, gara li mhux kulhadd kien gie ingaggat b’kuntratt ta’ xoghol. Ghaldaqstant inhasset il-htiega li tibda hidma sabiex jigi ffirmat kuntratt ta’ xoghol ma’ kull impjegat. Kien hawn li Katrina ssuggeriet li jaghmlu kuntatt mal-Malta Employers’ Association sabiex jigu ggwidati u jkollhom mohhhom mistrieh li l-kuntratti jsiru kif suppost. Iddecidew ukoll li jsiru membri fi hdan l-MEA, ghaliex b’hekk jassiguraw li jkollhom spalla fuq min iduru jekk u meta jizviluppaw xi tilwimiet industrijali.

Waqt harsa lejn il-files individwali tal-impjegati, ingibdet l-attenzjoni ghal-ligi tad-data protection, u ghalhekk hadu hsieb li jirregolaw rwiehhom ma’ dak li tippermetti u tistabbilixxi l-ligi. Iva, filwaqt li huwa tajjeb li tinzamm certa informazzjoni dwar il-haddiema, mhux permessibbli li zzomm kollox. Ghalhekk, ma jkunx hazin li minn zmien ghal zmien jinzamm kuntatt mal-ufficcju tal-Kummissarju ewlieni dwar il-protezzjoni tad-data, sabiex imprenditur ikun jaf x’regoli jezistu u kif ma jaqbizx il-limiti stabbiliti mil-ligi.

Kien imiss li l-management jitfa’ harstu wkoll lejn il-premises minn fejn in-negozju u l-impjegati kienu qeghdin jahdmu. Bdew jigu nnotati wkoll xi nuqqasijiet zghar li setghu ma kinux f’konformità mar-regoli tas-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol. Ghalhekk kien wasal iz-zmien li bl-ghajnuna tal-OHSA jittiehdu l-pariri mehtiega u jaggustaw fejn kien hemm bzonn, sabiex jiggarantixxu l-aqwa protezzjoni ghall-haddiema kollha. 

Waqt din l-ispezzjoni madwar il-post minn fejn il-haddiema kienu qed jahdmu, giet innotata wkoll il-prassi tal-waste management u kif kienu qed jiddisponu mill-iskart li kien qed jigi ggenerat. Zgur li kien hemm bzonn li jtejbu din l-operazzjoni, u ghalhekk hadmu fuq strategija li kellha tibdel mill-qiegh il-procedura kollha sabiex tkun izjed environmental friendly.

Cirkostanzi ohra li bdew jigu diskussi fuq livell amministrattiv, huma dwar in-numru allarmanti ta’ assenteizmu fuq il-post tax-xoghol fi whud mill-haddiema, kif ukoll l-uzu tas-sick leave u kemm fil-fatt kien qed jittiehed sick leave.

Bdew dehlin dubji u suspetti fuq jekk kienx hemm uzu hazin minn dawk li huma genituri u sick leave u fejn seta’ kien qed isir l-abbuz billi l-istess genturi kienu qeghdin juzaw xi sick leave sabiex jiehdu hsieb lil uliedhom meta dawn ikunu ma jifilhux id-dar. Dwar dan, il-management dahal fid-dettall, ghaliex filwaqt li f’certi cirkostanzi seta’ jkun permess li dan isir, mill-banda l-ohra kull forma t’abbuz, setghet kienet qed itellef mis-success li kien qed jikseb l-istess negozju.

Tqajmet ukoll il-kwistjoni jekk bhala diretturi tal-intrapriza kinux qed jaghmlu bizzejjed fejn jidhol CSR, kemm mal-impjegati nfushom kif ukoll mas-socjetà. Din il-kwistjoni ma tohrog mill-ebda ligi u ma hi obbligatorja fuq hadd, izda hija aspett li ttejjeb ir-relazzjoni  interna bejn l-istess haddiema fl-intrapriza, kif ukoll ittejjeb l-image tan-negozju fost il-konsumaturi u n-nies fis-socjetà.

Cirkostanzi ohra li bdew iqumu aktar ma beda jghaddi z-zmien, kienu l-issues marbuta mal-maternity leave, l-issue ta’ jekk ghandhiex tibda tigi applikata xi prassi ta’ flessibiltà sabiex uhud mill-genituri haddiema jkollhom hin bizzejjed sabiex ilahhqu jiehdu t-tfal taghhom f’childcare centres, jew inkella jekk ghandhomx jibdew jinghataw il-possibilità u l-beneficcju tat-teleworking.

Bl-ahhar zviluppi fil-qasam tac-childcare services, forsi s-sitwazzjoni kompliet tizvolgi f’wahda aktar prattika, kemm mil-lat logistiku kif ukoll mil-lat finanzjarju. Izda xorta jibqa’ l-fatt li l-employer irid jibqa’ jkollu kontroll tas-sitwazzjoni, ipoggi l-interessi tan-negozju l-ewwel, u qabel ma jiehu d-decizjonijiet irid jara sew xi precedenti  jista’ jkun qed jidhol ghalihom, kif ukoll il-konsegwenzi tad-decizjonijiet li jkun qed jiehu.

Kull negozju, matul il-process tal-operat tieghu, jiltaqa’ ma’ diversi cirkostanzi u sta ghal min ikun qed imexxih li jaghraf li minghajr konfrontazzjoni, kull sfida jdawwarha f’opportunità, u ma jibza’ qatt jiffaccja kull sitwazzjoni li tinholoq minn zmien ghal zmien.

In-negozju li gie konceput minn Ganni u Katrina, ma kienx xi eccezzjoni, meta jigi kkumparat ma’ negozji ohra, u malli l-kumpanija bdiet tikber, aktar bdew jizdiedu l-kumplikazzjonijiet. Issa li l-kumpanija espandiet u ziedet hafna impjegati, ovvjament fost l-istess impjegati bdew iqumu certi kwistjonijiet, bhal per ezempju l-issue tal-multikulturalizmu. Dan gara ghaliex mal-haddiema Maltin gew ingaggati haddiema barranin, li ovvjament gabu maghhom attitudnijiet u kulturi differenti.

Beda jkun hemm min, mill-impjegati stess,  bdew idejquh certi kollegi li kellhom xi tattoos, u ppretenda li l-management kellu jizola lil dawn il-persuni ghalihom, sabiex ma jithalltux maghhom. Dan, ovvjament, qatt ma seta’ jkun possibbli, ghal hafna ragunijiet. Ohrajn bdew ihossuhom skomdi jaghmluha ma’ haddiema li forsi setghu kienu qed jabbuzaw minn sustanza fuq il-post tax-xoghol, u b’hekk bdiet tinholoq tensjoni bla bzonn. 

Huwa importanti, fejn hemm numru ta’ impjegati li jkunu gejjin minn kulturi differenti, bi twemmin differenti, u forsi bi stili ta’ hajja possibilment differenti, li l-management jara li jkun hemm kemm jista’ jkun sinergija. Din mhux dejjem facli li ssir, u ghalhekk min ikun qed imexxi n-negozju ghandu jiehu hsieb li kontinwament izomm taht kontroll kull sitwazzjoni, u jaghraf ikun ghaqli sabiex jevita konflitti zejda.

Mill-istaff manigerjali tan-negozju beda jigi nnotat ukoll li l-uzu tas-social media waqt il-hin tax-xoghol kien qed jizdied, u li dan beda jhalli effett fuq il-produzzjoni. Anke hawn, dan is-suggett irid ikun ittekiljat sew, u minghajr restrizzjonijiet zejda, ghaliex kull sikkatura tista’ sahansitra tgerrex u tiddimotiva lill-istess impjegati. Ghalhekk ghandu jkun hemm policies cari stabbiliti, sabiex filwaqt li  jitnaqqas kull abbuz u hela ta’ hin, ma tirristringix  izzejjed il-libertà tal-persuna.  

Min-naha l-ohra, id-Dipartiment tal-HR ma setax jibda jkecci l-haddiema bl-addocc, ghaliex kien zmien li beda jsibha aktar u aktar difficli li jsib aktar haddiema, u ma kinitx qed tkun facli sabiex jirnexxilu jaghmel l-ahjar fl-immaniggjar tar-rizorsi li kellu f’idejh.  In-nuqqas ta’ haddiema fis-suq u l-implikazzjonijiet li din is-sitwazzjoni bdiet tohloq, bdew jinkwetaw mhux ftit lid-diretturi tan-negozju.

L-istess nuqqas ta’ haddiema beda jimplika diversi diffikultajiet. Ganni, sid in-negozju, beda jikkunsidra bis-serjetà li certu xoghol jibda jahdmu bis-sub-contracting, sabiex ilahhaq mad-domanda tax-xoghol li kellhom. Izda Katrina ma kinitx tal-istess opinjoni.

Sabiex jinholoq aktar bilanc, u jibda jithaddem aktar il-kuncett tal-ugwaljanza, bdiet tigi implimentata strategija sabiex jibda jkun hemm aktar nisa fuq il-bord manigerjali tal-kumpanija. Dan seta’ jkun possibbli mhux ghax id-diretturi riedu jidhru helwin mal-haddiema tas-sess femminili billi jinkludu aktar nisa fit-tmexxija tal-kumpanija, izda ghaliex uhud mill-impjegati bdew juru hiliet varji u jiehdu inizjattivi tajbin, u ghaldaqstant kien verament jixirqilhom li jiffurmaw parti mit-tmexxija tan-negozju. U hekk ghandu dejjem ikun, li n-nisa jsibu posthom f’karigi gholjin, bil-hiliet taghhom u mhux ghax dawn jibdew jigu mbuttati sabiex il-management ikun jista’ jiftahar u jghid li huma kienu qed jissodisfaw l-element ta’ kwota fuq is-sess femminili.

Minhabba diversi issues ohra fost il-haddiema, bdew jintervjenu l-unions u ovvjament bil-unions prezenti, bdew jitilghu wkoll fuq l-agenda kwistjonijietrelatati mal-pagi, u jekk in-negozju kienx qed jitmexxa fuq il-principju ta’ making work pay.Il-unions ukoll bdew jillobbjaw fost il-haddiema sabiex jakkwistaw il-union recognition, u f’isimhom iressqu l-ilmenti tal-istess haddiema quddiem il-bord tad-diretturi.

Sadanittant, ghamel x’ghamel dan in-negozju, xorta ried izomm sod quddiem issues ohra li kienet ghaddejja diskussjoni fuqhom fil-pajjiz, allavolja s-sidien tan-negozju ma kellhomx sehem dirett f’dak li kien qed jigri.

Nistghu nsemmu l-Brexit[2], li b’konsegwenza tieghu setghet ga bdiet tigi affettwata l-esportazzjoni. Hemm imbaghad issues ohra, kemm lokali kif ukoll internazzjonali bhall-element tad-diflazzjoni, l-idea tal-globalizzazzjoni (li mhux dejjem tithaddem ghall-vantagg tas-settur tan-negozju), it-teknologija u l-futur tax-xoghol, u l-gholi tal-hajja (jew kif kultant nirreferu ghalih, kif jinhadem l-indici tal-prezzijiet permezz tal-household budgetary survey.).

Dawn huma kollha issues kurrenti, li xi ftit jew wisq ihallu l-impatt fuq l-ekonomija tal-pajjiz. Huma sitwazzjonijiet li ma tistax tinjora u tibqa’ ghaddej daqslikieku mhu jigri xejn. Huma suggetti li, skont kif jizviluppaw, sid in-negozju jrid jaghraf izomm il-pass u jiehu d-decizjonijiet necessarji sabiex jibqa’ fis-suq.

Sabiex in-negozju baqa’ miexi fit-triq tas-success, dejjem ha hsieb li jhares mill-qrib u jistudja l-operat tieghu stess kif ukoll kif qed jigi pparagunat ma’ negozji li huma fil-kompetizzjoni mieghu. Dejjem ha hsieb li jhallas tajjeb lill-impjegati tieghu u zamm mal-pass progressiv waqt li kienu qed joghlew l-istess pagi maz-zminijiet. Izda x’jiddetermina il-paga? Din hi mistoqsija li hafna jaghmluha lilhom infushom, u jkun tajjeb li wiehed jifhem kif paga tigi stabbilita, u xi flessibilitajiet jezistu f’dan ir-rigward.

Kollox beda jaffettwa l-operat tan-negozju u l-hin kollu kien hemm bzonn li jibqa’ jsir sforz sabiex l-operat jibqa’ joffri servizz b’valur mizjud, kemm ghall-ekonomija ingenerali kif ukoll ghall-konsumatur. In-negozju kellu dejjem jibqa’ jpoggi l-ewwel l-isforz li joffri servizz u prodotti ta kwalità, sabiex b’hekk baqa’ jkun leali u mfittex mill-konsumatur.

Dan kollu kellu jsir b’reqqa kbira, u korrettezza totali, ghaliex bl-ebda mod il- management ma ried li jkun penalizzat ghal xi ghemil hazin, jew skorrettezzi li jiksru xi regolamenti li jaqghu taht il-blacklisting regulations, specjalment meta ttanta jibbiddja u jiehu sehem fi tfigh ta’ offerti fuq progetti tal-Gvern. 

Cirkostanzi ohra li dan in-negozju sfortunatament kellu jiltaqa’ maghhom kienu dawk meta kienu qed jizviluppaw problemi diretti ma’ xi impjegati. Ix-shop stewards tal-unions kienu ta’ sikwit iressqu lis-sidien tan-negozju quddiem it-tribunal industrijali fejn kien jigi kkwotat kull tip ta’ collective agreement li kien ga gie ffirmat. Dawn bdew jiehdu l-okkazjoni sabiex f’xi kazi sahansitra jiccalingjaw lill-istess employer jekk kienx qed  josserva punto e virgola ma’ dak li kien gie miftiehem.

Sehh incident ukoll meta gie ddubitat min mill-unions kellu d-dritt li jirrapprezenta lill-haddiema u ghalhekk din l-problema kellha titla’ ghad-diskussjoni fuq livell manigerjali sabiex jigi stabbilit l-gharfien tal-unions fuq il-post tax-xoghol.

Kien hemm anke mumenti fejn jekk ma kienx ser jintlahaq ftehim kien hemm it-theddida li l-employer sahansitra seta’ jiddeciedi li n-negozju  jigi llikwiditat.

Bdew  jigru xnighat li l-kumpanija ma kinitx qed timxi kif suppost u ma’ kulhadd l-istess, u ghalhekk kien hemm sahansitra min beda jghaddilu minn mohhu li jaghmel uzu mill-Whistleblower Act. Dan sabiex ikun jista’ jirrapporta l-allegati irregolaritajiet, izda din il-ligi mhux dejjem tista’ tigi applikata, specjalment jekk l-istess azjenda, fil-mument tar-rapport, ma tkunx qed timpjega aktar min 250 impjegat. 

Fuq skala izghar, kienet titqajjem l-issue tal-bullying bejn l-impjegati nfushom, fejn kien jintqal li dan qed ifixkel mhux ftit il-libertà tal-espressjoni u l-verità mhux dejjem kienet qed tohrog cara waqt xi tilwima jew xi nuqqas ta’ ftehim. Din l-problema mhux dejjem giet identifikata u nnotata mill-ewwel. Sid in-negozju jrid dejjem izomm ghajnejh miftuhin, u jifli sew l-attitudni tal-impjegati tieghu, u r-relazzjoni li jkun hemm bejniethom u jifhem ghaliex ikunu qed isiru certi manuvri. Jekk ikun qed isir hafna bullying fuq il-post tax-xoghol, in-negozju jkollu hafna x’jitlef ghaliex il-possibilità hi li jitlef l-aqwa elementi minhabba intimidazzjoni.

F’kazijiet ta’ diskriminazzjoni bejn il-haddiema jew bejn il-management u l-istess haddiem fis-settur privat, l-ebda kaz ma jista’ jitressaq quddiem l-ombudsman ghaliex din l-istituzzjoni qieghda hemm biss biex tkun tista’ tintervjeni u taghmel ir-rapport taghha f’kazi fejn jikkoncerna haddiema li jahdmu fil-qasam pubbliku u dak parastatali.

Fortunatament, uhud mill-kwistjonijiet, bl-ghajnuna tar-rapprezentanti tal-unions, setghu jigu rizolti b’inqas inkwiet meta l-kazijiet kienu qed jigu referuti ghall-ufficcju responsabbli mill-irwol ta’ medjazzjoni.

F’dan in-negozju, li issa kien kiber mhux hazin, gieli tqajmu  issues li ma jkunu  xejn ghajr cirkostanzi fejn direttiva jew regolament ikun qed jigu misinterpretati. Bhal, perezempju, fil-kazi fejn saru akkuzi fuq diskriminazzjoni fil-qasam tal-ugwaljanza, dwar dubji rigward xi forma ta’ azzjoni li tiggustifika gender pay gap, jew kwistjonijiet relatati  fuq sahhet il-haddiem fuq il-post tax-xoghol, specjalment fejn jirrigwardja s-sahha mentali. Facli li cirkostanzi bhal dawn jigu interpretati hazin, u ghalhekk importanti li d-diskors u l-passi li jittiehdu fir-rigward ta’ impjegati, ikunu specifici bizzejjed li jinftehmu minn kulhadd.

Argumenti ohra gieli qamu fuq it-trasport u x-xoghol perezempju, jekk wiehed ghandux jigi ggustifikat li jasal tard ghax-xoghol minhabba dewmien fit-traffiku u jekk il-kumpanija nnifisha ghandhiex xi dover li tipprovdi t-trasport hi ghall-impjegati taghha stess. Bil-problemi fit-trasport pubbliku, u t-traffiku li bhalissa jezisti, facli wiehed jista’ japprofitta ruhu mis-sitwazzjoni, sabiex jehodha drawwa li jidhol tard ghax-xoghol, u ghaldaqstant il-management jehtieg li joqghod b’seba’ ghajnejn ghal kull abbuz.

Meta, bla mistenni, il-kumpanija gietha l-opportunità sabiex maghha  tigi impjegata persuna b’dizabilità, dlonk l-employer irrikorra ghand l-entitajiet li jiehdu hsieb u jispecjalizzaw fis-supported employment. Dawn iggwidaw u infurmaw lill-management kif ghandu jsir dan l-ingagg u x’inhuma ezattament l-obbligi li l-istess employer ghandu d-dover li josserva sabiex ikun f’konformità mar-regoli tal-kwota stabbilita mil-ligi. Dan l-ahhar, wara zviluppi fil-ligi li tirregola l-impjieg ta’ persuni b’dizabilità, qed naraw li din qed tkun imhaddma b’aktar koordinament, u b’hekk tnehhew kull anomaliji li seta’ kien hemm qabel.

L-impjieg ta’ persuni b’dizabilità f’intrapriza ghandu dejjem isir bl-inqas intoppi possibbli, u b’mod naturali. Huwa importanti hafna li s-sid ta’ negozju, ghandu jiddeciedi li jimpjega persuni b’dizabilità ghaliex ihoss il-htiega li ghandu jaghmel dan, u mhux ghaliex il-ligi tobbligah li ghandu jaghmel hekk. Fuq kollox persuni b’xi dizabilità zgur li fihom wiehed jista’ jsib kapacitajiet li haddiema ohrajn jista’ ma jkollhomx, u li jkunu utli fl-operat u t-tmexxija tan-negozju.  

Fin-negozju mhux dejjem ikun hemm argumenti u dizgwid. Normalment tirrenja fost il-haddiema armonija u team-spirit ta’ vera, u allahares le. Hu appuntu ghalhekk li negozju jista’ jaghmel is-success.

Fil-hin liberu, u meta t-tensjoni tax-xoghol ma kinitx qed tiddomina l-gurnata, spiss id-diskussjoni bejn l-istess impjegati, kif ukoll mal-management, kienet iddur fuq suggetti hfief bhal, nghidu ahna, kif ikun in-negozju fi zmien il-Milied u x’vantaggi ghandu wiehed isib fi zmien is-sales.  Jitkellmu wkoll xhin ser isibu l-hin li jmorru jixtru mill-hwienet, izjed u izjed issa li saret ir-riforma  fil-hinijiet tal-ftuh u l-gheluq  tal-hwienet. Hawnhekk anke Katrina kienet tiehu pjacir taqsam l-esperjenza taghha mal-istess impjegati- prassi li ma kienet tiddejjaq xejn taghmilha, ghaliex kien appuntu f’dawn il-mumenti li kienet tkompli trawwem ir-relazzjoni tajba bejnha u bejn l-impjegati.

Ohrajn erhilhom jirrakkontaw kif huma jsibu s-sodisfazzjon meta  jaghtu sehem fil-qasam tal-volontarjat, u kif jemmnu li l-volontarjat jikkontribwixxi wkoll ghall- ekonomija tal-pajjiz. Iva, l-volontarjat huwa b’sahhtu hafna f’pajjizna, u f’certi kazi mnalla jkollna lilu ghaliex kieku hemm hafna inizjattivi u affarijiet li minghajr volontarjat ma jkunux jistghu jsiru.

Dawk l-impjegati li qed joqorbu ghall-età tal-pensjoni ta’ sikwit jaqbdu l-argument jekk il-pensjoni tal-lum hix ser tkun bizzejjed sabiex wiehed ikun jista’ jibqa’ jaghmel il-kapricci li hu mdorri jaghmel sakemm ikun ghadu impjegat. U xi nghidu ghaz-zghazagh u l-pensjoni? Iva, anke dawn iz-zghazagh iridu jaghtu kas kemm hemm bzonn li jahsbu minn kmieni dwar x’tip ta’ pensjoni ser ikollhom meta jilhqu l-età tal-pensjoni, u kif jistghu jikkumplimentaw dak l-ammont b’azzjonijiet ohra f’waqthom li jistghu jiehdu matul iz-zmien li jkunu ghadhom impjegati.

In-nisa haddiema f’dan in-negozju, li bhala numru kienu ferm inqas minn dak tal-irgiel impjegati, gieli qabdu d-diskussjoni dwar x’inhu l-ahjar: jekk hux li tkun impjegata jew li persuna taghzel li tmexxi negozju ghal rasha. Hawn ovvjament jispikka n-nuqqas ta’ nisa imprendituri, u kemm sal-lum ghadek issib hafna li joqoghdu lura milli jiehdu certi inizjattivi u riskji li jkollhabzonn tiehu  persuna meta tiddeciedi li tibda tahdem ghal rasha.

Iz-zmien kompla ghaddej, u l-kumpanija ta’ Ganni u Kristina kompliet tinvesti u tikber. Minn azjenda ta’ zewg min-nies, kienet saret kumpanija li thaddem kwazi 200 ruh. It-turnover kien tajjeb hafna u r-relazzjoni mal-konsumatur kienet wahda eccellenti. Izda l-biza’ kienet dejjem hemm: biza’ li xi darba ma jibqghux kompetittivi, jew li s-settur li kienu qeghdin jahdmu fih ma jibqax popolari u b’hekk maz-zmien jispiccaw jigu eliminati mis-suq. Ghaldaqstant il-management, waqt il-laqghat li ta’ spiss kien ikollu, kien jalloka hin fejn jaghti harsa madwaru, u jevalwa jekk in-negozju u l-generu tan-negozju ghadux vijabbli, u jekk ghandhomx  jibqghu limitati  biss ghas-settur li kienu bdew jahdmu fih, jew ikunx wasal il-mument li jiddiversifikaw fuq oqsma differenti skont dak li jkun ghaddej madwarhom.

Ix-xoghol fil-qasam tat-turizmu u xoghol turistiku dejjem baqa’ tiela’ ’l fuq, filwaqt li x-xoghol fil-qasam finanzjarju baqa’ jzomm pass mghaggel ’il quddiem. Bhalissa, l-pajjiz ghadu jiddependi hafna fuq dawn is-setturi sabiex jigi ggarantit is-success ekonomiku li tant ghandna bzonn inzommu.

Izda barra minn dawn is-setturi zgur li ma nistghux ninsew is-successi tax-xoghol fil-qasam tal-avjazzjoni u xoghol fil-qasam digitali. Tul dawn l-ahhar snin, rajna kif dawn iz-zewg setturi kienu l-kalamita ghal opportunitajiet ta’ xoghol u taw kontribut sostanzjali lejn l-ekonomija taghna.

Ninsabu mexjin ghal pass iehor, fejn il-kreazzjoni tal-green jobs, kif ukoll ix-xoghol relatat mal-blue economy, qed jghollu rashom ukoll, u jistghu jkunu dawn  in-nicec il-godda li Malta tibda teccella fihom tul is-snin li gejjin.  

Ma rridux ninsew anqas ix-xoghol relatat mal-karrieri fil-qasam tas-sahha, li aktar ma jmur aktar qed ikun hawn domanda ghalih. Xoghol li zgur qatt ma ser ikun eliminat mill-ekonomija ghaliex huwa xoghol f’settur li kontinwament qed jevolvi, u johloq opportunitajiet godda.  

In-negozju ta’ Gianni u Kristina baqa’ haj, dejjem fittex sabiex jinvesti, u jahtaf kull opportunità li giet quddiemu. Dejjem ra kif approfitta ruhu minn incentivi, skemi u ghajnuniet li minn zmien ghal zmien kienu qed jigu offruti.

Illum, hafna aktar min qatt qabel, Malta thoss li hija parti integrali mill-ekonomija Ewropea, u ghalhekk huwa importanti li persuna fin-negozju timxi pari passu fuq il-Mudell Socjali Ewropew, li l-ghan ewlieni tieghu hu li jghaqqad flimkien l-ghanijiet ekonomici ma’ dawk socjali. Kull negozju ghandu jzomm ghajnejh miftuhin dwar kif il-Gvern ikun qed jibbenefika mill-Fond Socjali Ewropew, u kif dawn jistghu jkunu ta’ beneficcju ghalih ukoll. Hu importanti wkoll, li jzomm ruhu aggornat dwar il-linji gwida mnaqqxa fil-country specific recommendations, ibbazati fuq dak li qed jigi diskuss u maqbul fuq livell Ewropew.

L-Ewroparlamentari taghna ghandhom rwol importanti x’jaqdu. Huma l-ambaxxaturi ta’ pajjiizna fl-Ewropa, u ghandhom ikunu huma li jiggieldu ghalina sabiex itejbu d-drittijiet u l-beneficcji li nistghu niehdu, kif ukoll jitkellmu f’isimna fi kwistjonijieti li jolqtuna kemm direttament kif ukoll indirettament. B’hekk huwa ta’ beneficcju kbir li Malta nghatat l-opportunità u c-cans li tippresjedi l-Kunsill Ewropew ghall-ewwel sitt xhur tal-2017. Malta u l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija opportunità li tista’ tigi biss darba kull 14–il sena, u ghalhekk ghamilna tajjeb li gharafna nisfruttawha mill-ahjar li stajna.

In-negozju ta’ Ganni u Katrina, huwa ezempju prattiku u haj ta kif, u ma’ xiex jista’ jiltaqa’ negozju matul l-operat tieghu. Huma cirkostanzi realistici li tajjeb wiehed ikun ippreparat ghalihom, u ghalhekk b’din l-istorja rridu nwasslu l-messagg u l-importanza li persuna ghandha zzomm ruhha aggornata b’dak kollu li jkun qed jigri madwarha, u taghraf tkun pro-attiva, ghal kull eventwalità.

B’hekk bniedem avzat nofsu armat, u jekk ikun ga nghata gwida minn qabel ta’ kif ghandu jaffaccja kull sfida, u kif ghandu jagixxi f’kull cirkostanza, mela mbaghad ma ghandux isibha difficli li minn kull problema johrog it-tajjeb, u jkompli jibni fuqu, sabiex jikkonsolida s-success fin-negozju li bl-gharaq ta’ gbinu jkun bena flimkien mal-haddiema tieghu. 

Konkluzjoni

Dan huwa l-messagg principali li l-SME Helpdesk tal-Malta Employers’ Association ried jghaddi lilkom imprendituri, sidien ta’ negozji zghar f’pajjizna, permezz ta’ din l-inizjattiva.

Storja  li ghalkemm fiha qed jigu esposti r-realtajiet tal-hajja fin-negozju, ghandha timliekom bil-kuragg. Perswazi li b’dan il-progett ser inkunu qed niggalvanizzawkom fl-istima taghkom sabiex tibdew tharsu ’l quddiem b’aktar determinazzjoni,  u ma thallu xejn u hadd ifixklilkom il-pjanijiet taghkom sabiex tkomplu ssiru imprendituri mill-aqwa. 

Hawn tistghu ssegwu  promotional video  dwar il-kuncett tal-programmi televizivi MEA –  idea li qed tirnexxi, u li permezz ta’ din l-inizjattiva, eskalajnieha u sincerament nahsbu li rnexxielna nsibu l-kemistrija gusta ta’ kif dawn il-programmi nwassluhom ahjar ghand dawk kollha li ddecidew li jimirhu fid-dinja tan-negozju.

[1] Illum il-gurnata l-ETC bidlu isimhom ghal JOBSPLUS u l-link ta’ dan il-programm televiziv tmur lura ghas-sena 2014. Ghalhekk niskuzaw ruhna ghaliex fih tistghu ssibu xi informazzjoni li llum il-gurnata m’ghadhiex tghodd.

[2] Il-programm televiziv dwar il-Brexit, gie rrekordjat fl-2016, immedjatament wara li ttiehed il-vot fl-Ingilterra favur il-Brexit, ghalhekk niskuzaw ruhna jekk fil-mument li qed tara dan il-filmat, jista’ jkunu graw diversi zviluppi.